Linji gwida komunitarji

Din hija komunità kreattiva u lesta biex tgħinek ta' persuni żgħażagħ li flimkien jistgħu jibdlu d-dinja.

Earth Speakr tilqa' tfal ta' kull razza, etniċità, reliġjon, abbiltà, orjentazzjoni sesswali u identità tal-ġeneru.

Meta tuża l-applikazzjoni, aħna nistennew ukoll li tkun miftuħ, turi rispett u ma jkollokx preġudizzji. Kwalunkwe messaġġ li ma jsegwix ir-regoli tal-komunità se jitneħħa.

Ir-regoli tal-komunità tagħna:

Kun inti nnifsek

Jekk trid toħloq messaġġ, jeħtieġ li tkun tifel/tifla ta’ bejn 7 snin u 17-il sena. Kun żgur li tuża biss il-kontenut tiegħek fil-messaġġi tiegħek. Kulħadd, tfal u adulti, jista’ jipparteċipa billi jisma’ u jaqsam il-messaġġi tat-tfal.

Kun qalbek tajba u uri rispett

Meta toħloq messaġġi u taqsamhom ma' ħaddieħor, tinsiex li tista' tisimgħek id-dinja kollha. Dawn se jisimgħuhom nies ta' kull età u aspett tal-ħajja, allura kun ċert li tieħu bis-serjetà dak li tgħid u tagħmel. Il-kliem u l-azzjonijiet tiegħek għandu jkollhom intenzjoni tajba.

Kun sinċier

Kun onest u tigdibx f'dak li tgħid. Twaqqax lil xi ħadd ħażin. Aqsam biss il-kreazzjonijiet mhux kummerċjali tiegħek stess.

Kun kostruttiv

Meta tirreaġġixxi għall-messaġġi ta' ħaddieħor billi taqsamhom barra mill-applikazzjoni, kun pożittiv u uri sostenn, billi tikkummenta fuq xi ħaġa li togħġbok minflok xi ħaġa li ma togħġbokx.

Żomm l-informazzjoni privata personali

Żomm ismek u dettalji oħra bħan-numru tat-telefown, l-indirizz tad-dar u l-email tiegħek għalik innifsek

Irrispetta l-privatezza ta' ħaddieħor

Inkludi biss ħbieb jew membri tal-familja fil-messaġġ b'vidjow tiegħek jekk ma jiddejqux li jiġu inklużi. Tinkludix persuni li jistgħu jintgħarfu li ma tafhomx personali.

Żomm Earth Speakr bħala post ta' għajnuna

Jekk taħseb li messaġġ ta' xi ħadd huwa kattiv, vulgari, offensiv, vjolenti, razzist, sessist jew mhux xieraq għal xi raġuni oħra, jekk jogħġbok "irrapputah" lilna, u aħna niċċekkjawh immedjatament.